Inventarju tal-cookies
Liema cookies tekniċi u ta' sessjoni nużaw?
AT Internet hija l-għodda analitika tal-web li għażilna biex nimmonitorjaw is-siti web tagħna.
Ikkonfigurajna din l-għodda sabiex nillimitaw kemm jista' jkun il-ġbir ta' data personali tal-utenti tagħna. Pereżempju, implimentajna d-deidentifikazzjoni tal-indirizz tal-IP, billi awtomatikament inneħħu l-aħħar octet (l-aħħar 3 ċifri) mill-IP ta' kull viżitatur (Protokoll tal-Internet), u b'hekk ikun impossibbli li jiġi identifikat kwalunkwe viżitatur partikolari tal-Parlament Ewropew permezz tal-indirizz uniku tal-IP tiegħu.
L-unika data li nittraċċaw hija din li ġejja, dejjem bl-għan li ntejbu s-siti web tagħna permezz ta' rapporti statistiċi aggregati u anonimi dwar l-attivitajiet tal-viżitaturi:
- L-indirizz IP (anonimizzat)
- Sorsi (tipi, kampanji, oqsma, ...)
- Kontenut li jkun ġie aċċessat (titlu tal-paġna, konfigurazzjonijiet editorjali tal-paġni, parametri tal-paġni, URL u URL kanoniku, lingwa, ...)
- Ġeolokazzjoni (pajjiż, reġjun, belt)
- Profili tekniċi (apparati, OS, brawżers, daqs tal-iskrin tal-utent, ...)
- Il-perjodi (id-data u l-ħin taż-żjara fis-sit, iż-żona tal-ħin tal-utent)
- Kampanji
- Tfittxija fis-sit
- Avvenimenti (klikks fuq il-kontenut tagħna, fuq il-buttuni għall-azzjoni, ...)
- Fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla
Dominji (links għal sit web estern, sit web ta' referenza)
Biex taċċetta jew tirrifjuta l-cookies analitiċi tagħna, żur il-paġna tal-Politika dwar il-Cookies.
Għal finijiet ta' sigurtà teknika, prestazzjoni u assistenza lill-utenti, aħna nirreġistraw l-attivitajiet tal-infrastrutturi tekniċi tagħna u tal-applikazzjonijiet tagħna.
Madankollu, nillimitaw kemm jista' jkun il-ġbir ta' kwalunkwe data personali tiegħek. L-unika data personali li nintraċċaw fuq l-infrastrutturi tagħna, dejjem għal raġunijiet ta' sigurtà u ta' monitoraġġ, hija din li ġejja:
- L-indirizz IP
- Id-data u s-slott ta' ħin tal-konnessjoni
- Il-parti mis-sit web tal-Parlament Ewropew aċċessata
- Is-sistema operattiva
- Il-konnessjoni mal-applikazzjonijiet tagħna
- Il-volum ta' data illowdjat
- L-indirizz IP tas-sit web
- Il-protokoll użat (http; https; rtmp, eċċ.)
Id-data tiġi rreġistrata ta' kuljum fil-fajls tal-log li nżommu live bejn tletin jum u sitt xhur. Imbagħad jiġu bbekkjati bejn sitt xhur u sena. Inħassru d-data awtomatikament fi tmiem il-perjodu definit.
Id-data kollha miġbura mill-applikazzjonijiet tagħna hija notifikata lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tagħna permezz ta' proċess ta' notifika ddedikat maħżun fir-"Reġistru tal-Protezzjoni tad-Data".