Qabel tapplika, jekk jogħġbok aqra sew il-gwida għall-kandidati annessa ma' dan l-avviż ta' reklutaġġ.
Din il-gwida, li hija parti integrali mill-avviż ta' reklutaġġ, tgħinek tifhem ir-regoli marbuta mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni.
WERREJ
A. FUNZJONIJIET U ELEĠIBILITÀ
B. PROĊEDURA
C. TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET
ANNESS: GWIDA GĦALL-KANDIDATI FIL-PROĊEDURI TA' SELEZZJONI ORGANIZZATI MILL-PARLAMENT EWROPEW
A. FUNZJONIJIET U ELEĠIBILITÀ
Il-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi proċedura għall-pożizzjoni ta' aġent temporanju (AST 4)
Il-profil imfittex huwa dak ta' assistent(a) tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew fi Munich (il-Ġermanja).
Il-kuntratt se jiġi konkluż għal żmien indeterminat. Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AST 4, l-ewwel skala, b'salarju bażiku ta' EUR 4,534.93 fix-xahar. Dan is-salarju huwa soġġett għat-taxxa Komunitarja u tnaqqis ieħor previst mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea. Huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali. L-iskala li fiha se jiġu reklutati l-persuni li jintgħażlu madankollu tista' tiġi adattata skont l-esperjenza professjonali ta' dawn il-persuni. Barra minn hekk, is-salarju bażiku, f'ċerti kondizzjonijiet, jiżdied b'xi allowances.
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
Il-missjoni tad-DĠ Komunikazzjoni (DĠ COMM) tal-Parlament Ewropew hija li "jibni reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi jenfasizza l-leġittimità demokratika tiegħu, irrappreżentata mill-Parlament Ewropew", għaliex is-setgħa u l-influwenza demokratiċi tal-Parlament Ewropew jistrieħu fuq il-mandat tal-eletturi tiegħu fl-Istati Membri kollha. Id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-UE għandhom impatt qawwi fuq iċ-ċittadini. L-objettiv prinċipali tad-DĠ COMM huwa li jipprovdi liċ-ċittadini u lill-media informazzjoni sħiħa u imparzjali dwar l-attivitajiet tal-Parlament, u li jagħti liċ-ċittadini l-mezzi biex jinvolvu ruħhom fil-proċess demokratiku Ewropew. Biex jilħaq dawn l-objettivi, id-DĠ COMM għandu għad-dispożizzjoni tiegħi diversi mezzi biex jikkomunika dwar dak li jagħmel u l-valuri li jiddefendi l-Parlament, bħall-Membri tiegħu, il-media, in-networks tal-multiplikaturi pubbliċi u privati, iċ-ċittadini u l-influencers.
Barra min hekk, id-DĠ COMM jassisti lill-Membri fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni tagħhom u jipprovdi lill-awtoritajiet politiċi tal-Parlament Ewropew sostenn u pariri esperti fil-qasam tal-komunikazzjoni.
Filwaqt li jinsabu fl-Istati Membri, l-uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament Ewropew spiss ikunu l-ewwel punt ta' kuntatt taċ-ċittadini Ewropej mal-Istituzzjoni. Huma jimplimentaw l-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew f'livell deċentralizzat filwaqt li jippjanaw u jorganizzaw l-attivitajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tiegħu. L-uffiċċji ta' kollegament huma l-atturi ewlenin tas-sensibilizzazzjoni dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-Parlament Ewropew fost il-pubbliku ġenerali u jgħinu biex jiġu ffurmati opinjonijiet fl-Unjoni Ewropea kollha.
Minbarra s-27 uffiċċju ta' kollegament fil-bliet kapitali Ewropej, jeżistu 5 uffiċċji reġjonali: Munich, Milan, Barċellona, Wrocław u Marsilja.
Ir-rwol tal-uffiċċji ta' kollegament huwa:
- li jżidu sensibilizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tas-setgħat tiegħu billi joffru lill-Membri tal-PE pjattaformi ta' dibattitu dwar il-kwistjonijiet politiċi u leġiżlattivi li jkunu qed jiġu diskussi fil-Parlament bil-ħsieb ta' involviment mal-parlamenti nazzjonali u reġjonali, il-partijiet ikkonċernati mill-leġiżlazzjoni, is-soċjetà ċivili, il-media u multiplikaturi oħra;
- li jmexxu, permezz tal-uffiċjali tal-istampa, politika proattiva fir-rigward tal-media nazzjonali, reġjonali u lokali u jipprovdu informazzjoni destinata biex timmassimizza l-informazzjoni dwar l-Istituzzjoni;
- li jissensibilizzaw u jippromwovu d-dibattitu dwar il-valuri tal-Unjoni u tal-funzjonament tad-demokrazija Parlamentari Ewropea, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ;
- li jservu ta' punt ta' kuntatt mal-Parlament għaċ-ċittadini tal-Istati Membri u jwieġbu għat-talbiet għall-informazzjoni dwar il-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu, is-setgħat u l-kompetenzi tal-Parlament, id-deċiżjonijiet, il-politiki u l-valuri tiegħu;
- li jiżviluppaw networks multiplikaturi bħall-media inġenerali, il-media soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-partijiet ikkonċernati u oħrajn li jinteressaw ruħhom fl-affarijiet Ewropej u fir-rwol tal-Parlament Ewropew.
Filwaqt li din il-pożizzjoni hija bbażata fl-uffiċċju reġjonali ta' Munich, taħt is-superviżjoni tal-uffiċċju ta' kollegament tal-Parlament Ewropew fil-Ġermanja, f'Berlin, il-kompiti prinċipali tagħha se jinvolvu dan li ġej:
- kontribut għar-realizzazzjoni tal-azzjonijiet ta' informazzjoni organizzati mill-entità għall-media (konferenzi stampa, stqarrijiet għall-istampa, analiżijiet tal-istampa b'kummenti, eċċ.);
- kontribut u parteċipazzjoni fir-realizzazzjoni tal-azzjonijiet ta' komunikazzjoni organizzati mill-entità għall-pubbliku ġenerali (avvenimenti pubbliċi, fieri, esibizzjonijiet, eċċ.);
- kontribut u faċilitazzjoni tal-kuntatti mal-pubbliku, mal-viżitaturi interni u esterni, mal-media, mal-fornituri ta' servizzi esterni, mal-organiżmi nazzjonali, u man-networks ta' korrispondenti fis-soċjetà ċivili;
- ġestjoni u żamma tal-preżenza tal-entità fuq in-networks soċjali;
- ħidma biex l-azzjonijiet ta' komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali jitwasslu, jiġu aġġornati u diffużi fuq l-internet;
- ħidma biex tiġi żgurata l-ġestjoni baġitarja fil-livell tal-entità (kuntatt mal-fornituri, preparazzjoni ta' sejħiet għall-offerti, preparazzjoni ta' talbiet għall-impenji tan-nefqa, ġestjoni tal-kontijiet tal-imprest, ħlas ta' fatturi, eċċ);
- ħidma biex jiġi żgurat is-servizz ta' dokumentazzjoni (ġestjoni tad-dokumentazzjoni, servizz għall-klijenti, eċċ.) u biex jiġi mmaniġġjat il-materjal ta' komunikazzjoni (stokk, inventarju, eċċ.);
- kontribut għat-trattament tal-fajls li jkollhom aspetti amministrattivi, u/jew finanzjarji u/jew ġestjoni ta' proġetti u/jew ta' ġestjoni ta' persunal, eċċ.
Din il-pożizzjoni tinkludi kuntatti regolari bil-Ġermaniż mal-pubbliku ġenerali, il-partijiet ikkonċernati differenti, il-kuntrattur, u l-uffiċċju ta' Berlin. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni bejn l-uffiċċju ta' Munich u s-servizzi ċentrali tad-Direttorat għall-Uffiċċji ta' Kollegament, mas-servizzi l-oħra tad-direttorati ġenerali, kif ukoll mal-uffiċċji ta' kollegament differenti issir prinċipalment bl-Ingliż.
Għarfien tal-Ingliż huwa ta' vantaġġ, meta jitqies il-fatt li l-komunikazzjoni bejn l-uffiċċju reġjonali ta' Munich u s-servizzi ċentrali tad-Direttorat għall-uffiċċji ta' Kollegament, is-servizzi l-oħra tad-direttorat ġenerali, kif ukoll mal-uffiċċji ta' kollegament differenti (li jinsabu barra l-Ġermanja) issir prinċipalment bl-Ingliż.
Dawn il-funzjonijiet jeħtieġu l-kompetenzi li ġejjin:
- kapaċità ta' organizzazzjoni u ta' ppjanar
- kapaċità ta' pproċessar ta' informazzjoni;
- versatilità;
- ħiliet interpersonali;
- flessibilità.
Sal-iskadenza stabbilita għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, inti trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
a) Rekwiżiti ġenerali
Skont l-Artikolu 12.2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, għandek, b'mod partikolari:
– tkun ċittadin/a ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;
– tgawdi d-drittijiet ċivili tagħhom;
– tissodisfa kull obbligu impost fuqek mil-liġijiet dwar is-servizz militari;
– toffri l-garanziji morali mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti.
b) Rekwiżiti speċifiċi
i) Kwalifiki u diplomi meħtieġa
Irid ikollok :
jew
jew
Id-diplomi, jekk ikunu ngħataw minn Stat Membru jew minn pajjiż barra mill-UE, għandhom ikunu rikonoxxuti minn organu uffiċjali ta' Stat Membru tal-Unjoni, bħall-ministeru għall-edukazzjoni ta' Stat Membru tal-Unjoni.
Il-kumitat ta' selezzjoni se jqis, f'dan ir-rigward, id-differenzi fis-sistemi edukattivi. Eżempji ta' diplomi minimi meħtieġa jinsabu fit-tabella fil-Gwida għall-Kandidati.
L-esperjenza professjonali mitluba fit-tieni u t-tielet inċiżi mhux se titqies għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali meħtieġa fil-punt A.3(b)(ii).
ii) Esperjenza professjonali meħtieġa
Minbarra l-kwalifiki meħtieġa taħt A.3(b) (i), irid ikollok mill-inqas erba' snin esperjenza professjonali f'qasam relatat man-natura tal-funzjonijiet taħt A.2, li minnhom mill-inqas sentejn ikunu f'ambjent internazzjonali.
iii) Għarfien lingwistiku
Il-kandidati għandu jkollhom għarfien komplut (minimu ta' livell C1) ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1): il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż; il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, t-Taljan, jew l-Ungeriż
u
għarfien komplut (minimu ta' livell C1) tal-Ġermaniż (lingwa 2). Il-lingwa 2 trid tkun differenti mil-lingwa 1. Fil-każ li l-Ġermaniż ikun il-lingwa 1, huwa meħtieġ għarfien sodisfaċenti (minimu ta' livell B2) f'waħda mit-23 lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-għarfien tal-Ingliż huwa ta' vantaġġ.
Innota, jekk jogħġbok, li l-livelli minimi indikati hawn fuq japplikaw għal kull qasam ta' ħila lingwistika (espressjoni orali, espressjoni bil-miktub, komprensjoni orali u komprensjoni bil-miktub) imsemmi fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet huma dawk inklużi fil-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (https://europa.eu/europass/select-language?destination=/node/1375).
Il-kandidati huma informati li l-lingwa 2 (il-Ġermaniż) li nżammet għall-finijiet ta' din il-proċedura ta' selezzjoni ġiet definita f'konformità mal-interess tas-servizz, li jeżiġi l-kwalifiki meħtieġa skont in-natura tal-funzjonijiet, imsemmija taħt A.2. Il-persuna reklutata trid tkun kapaċi tifhem il-kompiti li għandhom jitwettqu, tipproċessa l-fajls u tikkomunika b'mod effikaċi ma' persuni internament kif ukoll esternament b'din il-lingwa. Fil-fatt, minħabba n-natura ta' din il-pożizzjoni, li tinkludi kuntatti regolari mal-pubbliku ġenerali fil-Ġermanja, il-partijiet ikkonċernati differenti u l-kuntratturi, huwa meħtieġ għarfien profond tal-Ġermaniż.
Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament indaqs u fir-rispett tal-Artikolu 12, il-punt 2(e) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, il-kandidati kollha, anke jekk ikollhom il-Ġermaniż bħala l-ewwel lingwa uffiċjali, huma mistennija jkollhom għarfien għall-inqas sodisfaċenti ta' lingwa oħra, li ma tridx tkun il-Ġermaniż.
B. PROĊEDURA
Il-proċedura hija organizzata abbażi ta' kwalifiki u testijiet.
Jekk
il-kumitat ta' selezzjoni jeżamina l-fajl tiegħek fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi ta' eleġibilità.
Jekk tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi ta' eleġibilità, il-kumitat ta' selezzjoni jqisek eleġibbli għall-proċedura ta' selezzjoni.
Il-kumitat jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġata minn dokumenti ġustifikattivi.
Abbażi ta' tabella ta' evalwazzjoni li tkun ġiet stabbilita minn qabel, il-kumitat ta' selezzjoni jevalwa l-kwalifiki tal-kandidati eleġibbli għall-proċedura ta' selezzjoni u jistabbilixxi lista tal-aħjar 12-il kandidat, li jiġu mistiedna għat-testijiet. Il-kumitat ta' selezzjoni se jqis il-kandidati kollha ex aequo għall-aħħar post.
Waqt il-valutazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati, il-kumitat ta' selezzjoni iqis, b'mod partikolari, dawn l-elementi li ġejjin, li għandhom ikunu ġġustifikati fil-formola tal-applikazzjoni:
Marka: minn 0 sa 20 punt.
Test bil-miktub
a) Test tal-kitba bil-Ġermaniż, abbażi ta' fajl, maħsub biex tiġi evalwata l-kapaċità tiegħek li twettaq il-funzjonijiet deskritti taħt A.2, kif ukoll il-kapaċità tiegħek ta' kitba.
Tul tat-test: Massimu ta' 3 sigħat.
Marka: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20 punt).
Dan it-test se jiġi organizzat b'mod remot fuq il-kompjuter.
Testijiet orali
b) Intervista mal-kumitat ta' selezzjoni bil-Ġermaniż, li permezz tagħha tkun tista' tiġi vvalutata, b'kunsiderazzjoni tal-elementi kollha mniżżlin fil-fajl tal-applikazzjoni, il-kapaċità tiegħek li twettaq il-funzjonijiet deskritti taħt A.2. Il-kumitat ta' selezzjoni jittestja wkoll l-lingwa li inti ddikjarajt bħala l-lingwa 1 / lingwa 2 tiegħek (jekk il-lingwa 1 tiegħek hija l-Ġermaniż), u jista' jiddeċiedi li jittestja l-għarfien tiegħek tal-Ingliż, jekk dan kien dikjarat fil-formola tal-applikazzjoni.
Tul massimu tat-test: 45 minuta.
Marka: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20 punt).
c) Test ta' diskussjoni fi grupp jew logħba ta' simulazzjoni tar-rwoli bil-Ġermaniż, sabiex il-kumitat ta' selezzjoni jkun jista' jivvaluta l-kapaċità tiegħek ta' adattament, il-ħila tiegħek ta' negozjar, il-kreattività u l-kapaċità tiegħek ta' teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll l-imġiba tiegħek fi grupp jew quddiem sitwazzjoni.
It-tul tat-test ta' diskussjoni fi grupp se jiġi stabbilit mill-kumitat ta' selezzjoni skont il-kompożizzjoni definittiva tal-gruppi.
It-tul massimu tat-test tal-logħba ta' simulazzjoni tar-rwoli huwa ta' 20 minuta.
Marka: minn 0 sa 20 punt (minimu meħtieġ: 10 punti).
Dawn it-testijiet jistgħu jiġu organizzati b'mod remot.
Se tirċievi fi żmien xieraq l-istruzzjonijiet dwar it-testijiet bil-miktub u orali. It-testijiet huma skedati f'data u f'ħin preċiżi. Jekk ma tirrispondix għall-istedina, jekk ma tkunx tista' tiġi kkuntattjat permezz tal-email jew jekk ma tippreżentax ruħek għal test, tiġi skwalifikat/a. Jekk jogħġbok segwi kelma b'kelma l-istruzzjonijiet mogħtija. Jekk ma ssegwix l-istruzzjonijiet jew jekk l-imġiba tiegħek ma tkunx konformi mal-istruzzjonijiet, tiġi skwalifikat/a minnufih.
Il-lista ta' kandidati idonei tinkludi, skont l-ordni ta' mertu, l-ismijiet tat-tliet kandidati li jkunu kisbu l-ogħla għadd ta' punti fil-proċedura kollha (l-evalwazzjoni tal-kwalifiki u t-testijiet) u li jkunu laħqu l-livell minimu meħtieġ f'kull wieħed minn dawn it-testijiet. Il-lista tinkludi lill-kandidati kollha ex aequo fl-aħħar post.
Il-kandidati li jkunu fil-lista ta' kandidati idonei jistgħu jiġu reklutati fl-uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament Ewropew: Berlin, Vjenna, Munich.
Inti ssir taf personalment bir-riżultati tiegħek permezz ta' komunikazzjoni bil-miktub.
Il-lista tal-kandidati idonei tiġi ppubblikata fuq l-intranet tal-Parlament Ewropew.
Il-lista tal-kandidati idonei tibqa' valida sal-31 ta' Diċembru 2026; hija tista' tiġi estiża b'deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra. F'dan il-każ, il-kandidati li jirnexxu u li jkunu mniżżlin fil-lista jiġu informati fi żmien debitu.
Jekk tirċievi offerta ta' impjieg, inti tintalab tippreżenta l-kopji oriġinali tad-dokumenti kollha meħtieġa, b'mod partikolari d-diplomi u ċ-ċertifikati tal-impjieg tiegħek, sabiex tkun tista' ssir verifika.
Il-fatt li ismek jitniżżel fil-lista ta' kandidati idonei ma jikkostitwix dritt jew garanzija ta' reklutaġġ.
C. TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Biex tapplika, irid ikollok kont fuq il-pjattaforma Apply4EP: https://apply4ep.gestmax.eu/search/index/lang/mt_MT. Jista' jkollok kont WIEĦED BISS. Biex tagħmel dan, ikklikkja fuq it-tab "Applika online" li tinsab fi tmiem il-paġna.
Il-kandidati għandhom jaqraw bir-reqqa l-gwida għall-kandidati QABEL ma jimlew l-applikazzjoni tagħhom.
Skadenza għan-nomina tal-kandidati
Il-kandidati għandhom japplikaw online fuq il-pjattaforma Apply4EP sa mhux aktar tard
mit-2 ta' Settembru 2022, f'12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.
Il-kandidati huma mitluba MA JĊEMPLUX rigward din il-proċedura ta' selezzjoni.
Tintbagħatlek konferma ta' riċevuta awtomatikament malli tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek.