This website uses cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue we assume that you consent to receive all cookies on all websites.
For further information, please click here >>.

AVVIŻ ĦOLQIEN TA' BAŻI TA' DATA PERSUNAL BIL-KUNTRATT (GRUPP TA' FUNZJONIJIET III) FIL-QASAM TAL-BINI M/F

Post tax-xogħol : Brussell
Pubblikazzjoni fuq sit web estern : 15/09/2021 12:00
Servizz : 08-Direction Générale des infrastructures et de la logistique
Referenza : DG INLO Data base 01/2021

Informazzjoni ġenerali

Is-Segretarjat tal-Parlament Ewropew qed joħroġ dan l-avviż bil-għan li tinħoloq bażi ta' data ta' kandidati (persunal bil-kuntratt fil-grupp ta' funzjonijiet III) fil-qasam tal-bini fid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DG INLO).

Il-bażi ta' data se sservi bħala ġabra ta' kandidati għar-reklutaġġ, primarjament fi Brussell.

Ladarba tkun inħolqot il-bażi ta' data, il-persuni li esprimew l-interess tagħhom jistgħu jintgħażlu għal postijiet vakanti awżiljarji ta' persunal bil-kuntratt li jinħolqu fid-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DG INLO). L-għażla ssir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 ("Kumitat Konġunt għall-għażla tal-persunal bil-kuntratt awżiljarju (COSCON)") u l-Artikolu 8 ("Proċedura tal-għażla għall-persunal bil-kuntratt") tad-"Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' Implimentazzjoni dwar il-kompetizzjonijiet u l-proċeduri ta’ selezzjoni u l-gradi ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Parlament Ewropew" tal-Parlament.

Il-Parlament Ewropew huwa impjegatur li joffri opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni inkluża dik ibbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal xi minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Persuni interessati li jkollhom isimhom inkluż fil-bażi ta' data għandhom jibagħtu CV u jimlew il-formola ta' applikazzjoni permezz tal-pjattaforma APPLY4EP, billi l-ewwel joħolqu kont. Biex jagħmlu dan, għandhom jaqraw dan l-avviż bir-reqqa, jikklikkjaw fuq it-tab "Apply online" (Applika online) u jsegwu l-istruzzjonijiet. Jista’ jinħoloq kont wieħed biss fuq APPLY4EP. Id-data personali rreġistrata fil-kont se tiġi pproċessata f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u se tibqa' modifikabbli, sabiex tkun tista' tiġi aġġornata.

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Id-DG INLO jikkontribwixxi għall-ġestjoni tajba tal-infrastruttura (il-bini u t-tagħmir tiegħu) u l-loġistika (il-catering, il-posta, it-tneħħija, l-għamara, it-trasport, eċċ.) fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew u bejniethom.

Permezz tal-isforzi tiegħu, il-persunal tad-DG INLO jipprovdi appoġġ essenzjali għall-ħidma politika tal-Parlament Ewropew.

Id-Direttorat għall-Ġestjoni Integrata tal-Infrastrutturi qed ifittex tekniċi fil-qasam tal-bini biex jaħdmu fl-oqsma li ġejjin:

  1. Il-manutenzjoni ta' tagħmir ta' kontra n-nirien u tagħmir elettriku
  2. Il-ġestjoni tal-infrastrutturi

Dmirijiet:

1. Il-manutenzjoni ta' tagħmir ta' kontra n-nirien u tagħmir elettriku:

Taħt l-awtorità tal-uffiċjali responsabbli għall-ġestjoni tat-tagħmir kontra n-nirien u l-elettriku:

  • L-iżgurar tas-segwitu tekniku u amministrattiv għax-xogħlijiet iż-żgħar u tal-manutenzjoni ta' dan it-tagħmir fil-kuntratti għat-tmexxija u l-manutenzjoni ta' installazzjonijiet tekniċi.
  • It-tħejjija, it-tfassil, l-organizzazzjoni, l-analiżi u s-sorveljanza tal-fajls tekniċi, amministrattivi u finanzjarji (speċifikazzjonijiet, sejħiet għall-offerti, talbiet għal prezzijiet b'analiżi ta' offerti, rapporti tekniċi, monitoraġġ ta' proġetti ta' sostituzzjoni, eċċ.).
  • L-iżgurar tal-kontroll tal-manutenzjoni fil-livell ta' sigurtà teknika kontra n-nirien u l-elettriku bl-użu ta' CMMS.
  • Il-koordinazzjoni, l-analiżi u s-sorveljanza tal-kontroll tal-kwalità tax-xogħol ta' fornituri esterni (kumpaniji ta' manutenzjoni, kumpaniji ta' konsulenza), inklużi t-talbiet għal intervent.
  • Il-kontroll u t-tħejjija tal-fajls, l-ippjanar, il-monitoraġġ, għall-kontroll ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti.
  • L-iżgurar tal-koordinazzjoni ta' interventi tad-diversi fornituri esterni mas-servizzi tekniċi l-oħra tal-Parlament.

Għarfien Speċifiku

Hija meħtieġa esperjenza rilevanti fil-manutenzjoni teknika.

L-għarfien tal-istandards fir-rigward tas-sigurtà teknika kontra n-nirien u l-elettriku hu assi importanti (Standards: NBN S 21-100, RGIE, eċċ.).

Skema tax-xogħol  

Kull xahar huwa previst xogħol fuq talba fi tmiem il-ġimgħa li matulu jsir il-kontroll tal-installazzjonijiet allokati.

2. Il-ġestjoni tal-infrastrutturi:

Taħt l-awtorità tal-uffiċjali responsabbli:

  • Il-ġestjoni ta' attivitajiet amministrattivi u tekniċi tal-unità skont il-ħtiġijiet interni, l-attivitajiet ta' DĠs oħra u l-avvenimenti tal-Parlament Ewropew
  • Il-koordinazzjoni u s-segwitu tal-azzjonijiet trasversali bejn it-timijiet fl-unità u l-immaniġġjar tad-diversi fajls relatati ma' diversi azzjonijiet (enerġija, EMAS, asbestos, kontrolli regolatorji, eċċ.); il-bidu ta' azzjonijiet trasversali bbażati fuq il-monitoraġġ tal-konformità
  • L-għoti ta' kontribut għall-abbozzar u l-armonizzazzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi u l-għoti ta' appoġġ għall-ipprogrammar u l-monitoraġġ tas-swieq, inkluż għall-kuntratti ta' kera u konċessjoni
  • Il-ġestjoni tal-kuntratti tas-CMMS
  • It-tnedija, it-tħejjija, l-organizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti fil-livell tas-CMMS, ir-rappurtar awtomatizzat mal-KPIs/indikaturi ta' produttività u ta' sodisfazzjon tal-klijenti u l-ġestjoni ta' installazzjonijiet
  • Il-ġestjoni tal-proġetti tal-pjan tal-IT tal-unità, inkluż il-monitoraġġ tal-POCs (prova tal-kunċett), l-evalwazzjoni tagħhom u, jekk applikabbli, l-implimentazzjoni fuq it-totalità tas-sit.

Għarfien Speċifiku

Hija meħtieġa esperjenza fil-ġestjoni tal-faċilità.

L-esperjenza fl-abbozzar ta' speċifikazzjonijiet, fl-użu u fil-ġestjoni ta' sistema tas-CMMS, fir-rappurtar awtomatizzat mal-KPIs u fil-monitoraġġ ta' proġetti tal-IT fil-qasam tal-ġestjoni tal-faċilità hija assi importanti.

Rekwiżiti ta' eleġibilità

a. Kriterji ġenerali

  • Il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
  • Il-kandidati jridu jkunu ssodisfaw kwalunkwe obbligu impost fuqhom mil-liġijiet nazzjonali relatati mas-servizz militari.
  • Il-kandidati jridu jipproduċu referenzi xierqa dwar l-idoneità tagħhom għat-twettiq tad-dmirijiet ikkonċernati.

b. Kriterji speċifiċi

  1. Kwalifiki u ħiliet meħtieġa
  • Livell ta' edukazzjoni postsekondarja muri permezz ta' diploma, jew
  • Livell ta' edukazzjoni sekondarja muri permezz ta' diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni postsekondarja, segwit minn esperjenza professjonali rilevanti ta' mill-inqas tliet snin.
  • Fejn ikun iġġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ekwivalenti

Se jiġu aċċettati biss diplomi maħruġa jew rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri tal-UE (pereżempju, il-ministeru tal-edukazzjoni). Barra minn hekk, qabel ma jiġu rreklutati, il-kandidati li l-ismijiet tagħhom huma inklużi fil-bażi ta' data se jintalbu jipprovdu dokumenti li jissostanzjaw l-informazzjoni li tinsab fil-formola ta' applikazzjoni (diplomi, ċertifikati u dokumenti ta' sostenn oħrajn).

2. Għarfien ta' lingwi

Il-kandidati jrid ikollhom għarfien tajjeb ħafna (mill-inqas ta' livell C1[1]) ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1): il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż,  , ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan jew l-Ungeriż.

kif ukoll

għarfien tajjeb ħafna (mill-inqas ta' livell B21) tal-Ingliż jew il-Franċiż (lingwa 2).

Il-lingwa 2 trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-kandidati huma infurmati li ż-żewġ għażliet tal-lingwa 2 għal din il-proċedura biex tinħoloq bażi ta' data, jiġifieri l-Ingliż u l-Franċiż, ġew speċifikati fl-interessi tas-servizz u, b'mod speċifiku, tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika. Il-persuni li l-ismijiet tagħhom jiġu inklużi fil-bażi ta' data jridu jkunu jistgħu jifhmu l-kompiti li għandhom jitwettqu, jindirizzaw il-problemi u jikkomunikaw b'mod effettiv ma' punti ta' kuntatt esterni u mas-superjuri u mal-kollegi tagħhom.

Il-Franċiż huwa l-lingwa li tintuża l-aktar għall-komunikazzjoni fi ħdan u fost l-unitajiet fid-direttorat ġenerali. Hija wkoll il-lingwa li s-soltu tintuża għall-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni. L-Ingliż huwa l-lingwa li tintuża l-aktar ta' spiss fir-relazzjonijiet mad-direttorati l-oħra fid-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika, id-direttorati ġenerali l-oħra u l-awtoritajiet politiċi u amministrattivi tal-Parlament, b'mod partikolari fir-rigward tal-abbozzar tad-dokumenti.

Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet u r-regoli applikabbli jitfasslu bl-Ingliż u bil-Franċiż u jridu jkunu disponibbli u nnotifikati lill-pubbliku f'dawn iż-żewġ lingwi.

Għaldaqstant, jekk iridu jwettqu dmirijiethom u jiżguraw li s-servizzi jaħdmu mingħajr xkiel, il-persuni rreklutati jridu jkunu jistgħu, f'perjodu raġonevoli wara li jissieħbu fis-servizz, jaħdmu u jikkomunikaw b'mod effettiv b'mill-inqas waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.

Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament indaqs, kull kandidat, anke jekk ikollu waħda minn dawn iż-żewġ lingwi bħala l-ewwel lingwa uffiċjali tiegħu, huwa meħtieġ li jkollu għarfien sodisfaċenti tat-tieni lingwa, li trid tkun waħda minn dawk iż-żewġ lingwi.

[1]Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKERL) - https://europa.eu/europass/en/common-european-framework-reference

Bażi tad-data

Jekk int

  • tissodisfa l-kriterji ġenerali ta' eliġibbiltà,
  • u mlejt il-formola ta' applikazzjoni permezz tal-pjattaforma APPLY4EP u indikajt il-kodiċijiet b'mod korrett (ara hawn taħt, "Applikazzjonijiet") f'konformità mal-proċedura u sal-iskadenza,

ismek se jiġi inkluż fil-bażi ta' data.

Id-deċiżjoni li jiġi inkluż ismek se tkun ibbażata biss fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola ta' applikazzjoni u fid-dokumenti mehmuża. Din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti se jiġu vverifikati aktar tard jekk tiġi rreklutat.

Applikazzjonijiet

Il-persuni interessati jridu jimlew il-formola ta' applikazzjoni tagħhom permezz tal-pjattaforma online APPLY4EP. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu biss permezz ta' dik il-pjattaforma.

Ladarba tkun ħloqt il-kont tiegħek, trid ittella' curriculum vitae ddettaljat.

Trid tuża l-format tal-Europass disponibbli permezz tal-link li ġejja:

https://europa.eu/europass/mt

Imbagħad trid timla l-formola ta' applikazzjoni.

Fil-kaxxi:

Esperjenza professjonali u/jew diplomi:  Trid tuża l-kodiċijiet speċjali speċifikati fil-gwida mehmuża segwiti minn deskrizzjoni ddettaljata tad-dmirijiet imwettqa/tad-diploma. Tista' tagħżel diversi għażliet.

Eżempji (ara wkoll l-eżempji fil-gwida mehmuża): 

                        TArch – Perit prinċipali responsabbli għal …

                        TElec – Diploma fl-inġinerija, bi speċjalizzazzjoni fis-sistemi elettriċi

                        TElec + THvac – Tekniku responsabbli għal ….

Din l-informazzjoni trid tiġi ssostanzjata b'dokumenti ta' sostenn.

Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-15 ta' Settembru 2021. L-applikazzjonijiet li jaslu wara dik id-data mhumiex se jiġu aċċettati.

L-inklużjoni ta' ismek fil-bażi ta' data mhijiex garanzija li se tiġi offrut impjieg. Jekk isir disponibbli kuntratt, is-servizzi ta' reklutaġġ se jikkonsultaw il-bażi ta' data u joħorġu stedini lil dawk il-kandidati li l-profili tagħhom jaqblu l-aktar mar-rekwiżiti tal-kariga inkwistjoni. Jekk jirriżulta li l-informazzjoni li jkunu pprovdew ma tkunx korretta, il-kandidati se jiġu esklużi mill-proċedura u l-ismijiet tagħhom se jitneħħew mill-bażi ta' data.

Il-Parlament Ewropew japplika politika stretta ta' opportunitajiet indaqs fil-proċeduri tal-għażla tiegħu, sabiex jiggarantixxi trattament indaqs tal-kandidati kollha.

Il-kondizzjonijiet tal-impjieg fl-istituzzjonijiet tal-UE huma stipulati fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS). Id-dettalji kollha dwar l-arranġamenti tax-xogħol jistgħu jinstabu hawn: 

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:01962R0031-20140501&from=EN  (Titolu IV, paġna 209, "Persunal bil-kuntratt")

Mill-1 ta' Lulju 2020, is-salarju bażiku ta' kull xahar kien ta' bejn EUR 2 777.78 u EUR 4 552.81 (grupp ta' funzjonijiet III) skont it-taħriġ u l-esperjenza professjonali speċifika tal-kandidat.

Il-bażi ta' data se tibqa' valida sal-31 ta' Diċembru 2023.