This website uses cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue we assume that you consent to receive all cookies on all websites.
For further information, please click here >>.

KOMUNIKAZZJONI ĦOLQIEN TA' BAŻI TAD-DATA AĠENTI KUNTRATTWALI (GRUPP TA' FUNZJONI III) FIL-QASAM TAL-BINI (TA' SESS FEMMINIL JEW MASKIL) M/F

Post tax-xogħol : Brussell
Pubblikazzjoni fuq sit web estern : 15/09/2020 23:59
Servizz : 08-Direction Générale des infrastructures et de la logistique
Ref. : DG INLO COM 04/2020
Gwida għall-kandidati :

Informazzjoni ġenerali

Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa l-gwida għall-kandidati qabel ma timla l-applikazzjoni tiegħek.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament vara din il-komunikazzjoni bil-ħsieb li tinħoloq bażi tad-data ta' kandidati aġenti kuntrattwali (grupp ta' funzjoni III) fil-qasam tal-bini fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO).

Din il-bażi tad-data għandha l-għan li sservi ta' riżerva ta' kandidati biex dawn jiġu reklutati fi Brussell.

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali.

Il-persuni interessati li jkunu inklużi f'din il-bażi tad-data jistgħu jtellgħu s-CV tagħhom u jimlew il-formola tal-applikazzjoni permezz tal-pjattaforma APPLY4EP u jibdew billi joħolqu account. Biex jagħmlu dan, iridu jaqraw sew din il-komunikazzjoni, jikklikkjaw fuq it-tab "L-account tiegħi" jew inkella fuq it-tab "Applika online" u jsegwu l-istruzzjonijiet. L-account f'APPLY4EP jinħoloq darba. Id-data personali rreġistrata fl-account tiġi pproċessata fir-rispett sħiħ tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tibqa' modifikabbli, sabiex tkun tista' tiġi aġġornata.

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Id-DĠ INLO jikkontribwixxi għall-ġestjoni tajba tal-infrastrutturi (il-bini u t-tagħmir tiegħu) u tal-loġistika (il-forniment tal-ikel, il-posta, il-ġarr, l-għamara, it-trasport, eċċ.) fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew u bejn dawn il-postijiet.

In-nisa u l-irġiel li jaħdmu fid-DĠ INLO jassistu direttament l-attività politika tal-Parlament Ewropew.

Id-Direttorat għall-Ġestjoni Integrata tal-Infrastrutturi qiegħed ifittex persunal tekniku fil-qasam tal-bini għal żewġ unitajiet fi Brussell fl-oqsma li ġejjin:

Fi ħdan l-Unità tal-Ġestjoni Integrata tal-Infrastrutturi Brussell:

a) it-tisħin, il-ventilazzjoni u l-arja kkundizzjonata (HVAC)
b) l-elettriku
c) ix-xogħlijiet fil-qafas tal-bini u l-finituri
d) sistema kompjuterizzata tal-ġestjoni tal-manutenzjoni (CMMS)
e) l-iġjene, l-ispazji ħodor u ċ-ċwievet
f) il-kwalità tas-servizz u s-sodisfazzjon tal-klijenti

Fi ħdan l-Unità tax-Xogħlijiet ta' Sistemazzjoni Brussell:

g) ix-xogħol mekkaniku, elettriku u plaming
h) ix-xogħol ta' tlestija tal-bini
i) disinjatur
j) is-senjaletika

Kompiti li għandu jitwettqu:

a) Tisħin, ventilazzjoni u arja kkundizzjonata (HVAC):

Flimkien ma' min hu responsabbli għall-ġestjoni tal-apparat HVAC, sanitarju u għall-ġestjoni teknika ċentralizzata tal-unità:
1) jiżgura l-monitoraġġ tekniku u amministrattiv għall-manutenzjoni ta' dan l-apparat fil-kuntratti għat-tħaddim u għall-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku,
2) jipprepara, ifassal flimkien ma' oħrajn, jorganizza, janalizza u jsegwi l-fajls tekniċi, amministrattivi u finanzjarji (speċifikazzjonijiet, sejħiet għall-offerti u talbiet għal stima b'analiżi tal-offerti, rapporti tekniċi),
3) jikkoordina flimkien ma' oħrajn, janalizza u jimmonitorja l-kontroll tal-kwalità tax-xogħol tal-fornituri esterni (impriżi tal-manutenzjoni, kumpaniji ta' konsulenza), inklużi t-talbiet għal intervent,
4) jiżgura l-koordinament tal-interventi tad-diversi fornituri esterni mas-servizzi tekniċi l-oħra tal-Parlament.

b) Elettriku:

Flimkien ma' min hu responsabbli għall-ġestjoni tal-apparat elettriku tal-unità:
1) jiżgura l-monitoraġġ tekniku u amministrattiv għall-manutenzjoni ta' dan l-apparat fil-kuntratti għat-tħaddim u għall-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku,
2) jipprepara, ifassal flimkien ma' oħrajn, jorganizza, janalizza u jsegwi l-fajls tekniċi, amministrattivi u finanzjarji (speċifikazzjonijiet, sejħiet għall-offerti u talbiet għal stima b'analiżi tal-offerti, rapporti tekniċi),
3) jikkoordina flimkien ma' oħrajn, janalizza u jimmonitorja l-kontroll tal-kwalità tax-xogħol tal-fornituri esterni (impriżi tal-manutenzjoni, kumpaniji ta' konsulenza), inklużi t-talbiet għal intervent,
4) jiżgura l-koordinament tal-interventi tad-diversi fornituri esterni mas-servizzi tekniċi l-oħra tal-Parlament.

c) Xogħlijiet fil-qafas tal-bini u finituri:

Flimkien ma' min hu responsabbli, rispettivament, fl-unità:
1) jiżgura flimkien ma' oħrajn il-ġestjoni operattiva tal-kuntratt tal-ispezzjonijiet tax-xogħlijiet fil-qafas tal-bini u tal-finituri,
2) jiżgura flimkien ma' oħrajn il-ġestjoni operattiva tal-kuntratt għall-koordinament tas-sikurezza u tas-saħħa u l-awditjar,
3) jiżgura flimkien ma' oħrajn il-ġestjoni operattiva tal-kuntratt għaż-żamma u għall-manutenzjoni tax-xogħlijiet fil-qafas tal-bini u tal-finituri,
4) jipprepara, ifassal flimkien ma' oħrajn, jorganizza, janalizza u jsegwi l-fajls tekniċi, amministrattivi u finanzjarji (speċifikazzjonijiet, sejħiet għall-offerti u talbiet għal stima b'analiżi tal-offerti, rapporti tekniċi),
5) jikkoordina flimkien ma' oħrajn, janalizza u jimmonitorja l-kontroll tal-kwalità tax-xogħol tal-fornituri esterni (impriżi tal-manutenzjoni, kumpaniji ta' konsulenza), inklużi t-talbiet għal intervent,
6) jiżgura l-koordinament tal-interventi tad-diversi fornituri esterni mas-servizzi tekniċi l-oħra tal-Parlament.

d) Sistema kompjuterizzata tal-ġestjoni tal-manutenzjoni (CMMS):

1) jiżgura l-ġestjoni operattiva tas-Sistema kompjuterizzata tal-ġestjoni tal-manutenzjoni mar-rapportar (eż. l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, KPIs) u mal-ippjanar tal-manutenzjoni preventiva fi ħdan it-tim "Operation and Technical Maintenance" tal-Unità tal-Ġestjoni Integrata tal-Infrastrutturi Brussell,
2) jibda, jipprepara, jorganizza u jimmonitorja l-proġetti ta' titjib fil-livell tas-sistema kompjuterizzata tal-ġestjoni tal-manutenzjoni, ir-rapportar awtomatizzat mal-KPIs/indikaturi tal-produttività u tas-sodisfazzjon tal-klijenti u t-tħaddim tat-tagħmir.

e) Iġjene, spazji ħodor u ċwievet:

1) jiżgura flimkien ma' oħrajn il-ġestjoni operattiva tal-kuntratti tat-tindif, tal-ġbir tal-iskart u tal-ispazji ħodor,
2) jikkoordina l-kontroll tal-kwalità tas-servizzi u l-verifika tal-interventi,
3) jipparteċipa fil-monitoraġġ amministrattiv, baġitarju u finanzjarju ta' dawn il-kuntratti,
4) jiżgura l-koordinament mas-servizzi tekniċi l-oħra tal-PE.

f) Kwalità tas-servizz u sodisfazzjon tal-klijenti:

1) jikkontrolla t-twettiq u l-kwalità tas-servizzi mogħtija mill-kuntratturi, prinċipalment għall-oqsma tal-finituri u tax-xogħlijiet fil-qafas tal-bini,
2) jipproċessa u jieħu ħsieb it-talbiet ta' min jokkupa l-binjiet f'kollaborazzjoni stretta mal-kuntratturi,
3) jivverifika u janalizza l-livell ta' sodisfazzjon tal-klijenti,
4) jiżgura l-koordinament tal-interventi tad-diversi fornituri esterni mas-servizzi tekniċi l-oħra tal-Parlament.

g) Xogħol mekkaniku, elettriku u plaming:

Fi ħdan it-tim tekniku speċjali tal-unità:
1) jiżgura l-monitoraġġ tekniku u amministrattiv għax-xogħlijiet fil-qasam tal-HVAC, tal-elettriku u tat-tagħmir sanitarju,
2) jipprepara, ifassal flimkien ma' oħrajn, jorganizza, janalizza u jsegwi l-fajls tekniċi, amministrattivi u finanzjarji (speċifikazzjonijiet, sejħiet għall-offerti u talbiet għal stima b'analiżi tal-offerti, rapporti tekniċi),
3) jikkoordina, janalizza u jimmonitorja l-kontroll tal-kwalità tax-xogħol tal-kuntratturi (fornituri ta' xogħlijiet, kumpaniji ta' konsulenza),
4) jiżgura l-koordinament tal-interventi tad-diversi fornituri esterni mas-servizzi tekniċi l-oħra tal-Parlament.

h) Xogħol ta' tlestija tal-bini:

Flimkien ma' min jieħu ħsieb ix-xogħol tat-tlestija tal-bini fl-unità:
1) jiżgura l-monitoraġġ tekniku u amministrattiv għax-xogħlijiet tat-tlestija tal-bini (ħitan diviżorji, kisi tal-ħitan u tal-art, għamara speċifika, xogħol tal-injam skont il-qjies, soffitti, kontropavimenti, eċċ.
2) jipprepara, ifassal, jorganizza, janalizza u jsegwi l-fajls tekniċi, amministrattivi u finanzjarji (speċifikazzjonijiet, sejħiet għall-offerti u talbiet għal stima b'analiżi tal-offerti, rapporti tekniċi),
3) jikkoordina, janalizza u jimmonitorja l-kontroll tal-kwalità tax-xogħol tal-kuntratturi (fornituri ta' xogħlijiet, kumpaniji ta' konsulenza),
4) jiżgura l-koordinament tal-interventi tad-diversi fornituri esterni mas-servizzi tekniċi l-oħra tal-Parlament.

i) Disinjatur:

1) jaġġorna l-pjanti Autocad tal-bini wara li jsiru x-xogħlijiet (arkitettura jew tekniki speċjali), il-verifika tal-modifiki li jsiru mill-kuntratturi esterni, it-teħid ta' kejl tekniku fuq il-post,
2) jikkontrolla u jarkivja (fuq karta u fuq bażi tad-data elettronika) il-fajls as-built (pjanti, skedi tekniċi) li jibagħtu l-kuntratturi esterni,
3) jiddisinja l-proġetti ta' arkitettura jew tekniki speċjali,
4) jagħti appoġġ lid-diversi servizzi tal-Parlament fir-riċerka dokumentarja fuq karta jew elettronika (pjanti, data teknika, eċċ.).

j) Senjaletika:

Flimkien ma' min jieħu ħsieb is-senjaletika fl-unità:
1) jiżviluppa soluzzjonijiet u kunċetti fis-senjaletika, bl-użu ta' software xieraq (Autocad, Photoshop, Illustrator, eċċ.),
2) jiżgura l-koordinament, il-monitoraġġ tekniku u amministrattiv tal-proġetti tas-senjaletika,
3) jipprepara u jfassal speċifikazzjonijiet tekniċi għat-talbiet għall-offerti puntwali jew għas-sejħiet għall-offerti, janalizza l-offerti u l-proposti tekniċi tal-kuntratturi,
4) isegwi fuq il-post l-interventi ta' senjaletika, jimmonitorja l-ippjanar, il-kontroll tal-kwalità tas-servizzi u l-koordinament mas-servizzi l-oħra involuti.

Rekwiżiti ta' eleġibilità

a. Rekwiżiti ġenerali

 ikun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,
 ikun issodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet tal-pajjiż dwar is-servizz militari,
 joffri l-garanziji ta' moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti.

b. Rekwiżiti speċifiċi

i. Kwalifiki, diplomi u għarfien meħtieġa

- livell ta' tagħlim ogħla muri b'diploma, jew
- livell ta' tagħlim tas-sekondarja muri b'diploma li tagħti aċċess għat-tagħlim għoli u għal esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin relatata, jew
- meta l-interess tas-servizzi jiġġustifika dan, taħriġ vokazzjoni jew esperjenza professjonali ta' livell ekwivalenti.

Jiġu aċċettati biss iċ-ċertifikati maħruġa, jew rikonoxxuti bħala ekwivalenti, mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE (pereżempju, mill-Ministeru għall-Edukazzjoni). Barra minn hekk, qabel kull reklutaġġ eventwali, il-kandidati mniżżla fil-bażi tad-data jiġu mistiedna jipprovdu d-dokumenti li jattestaw l-informazzjoni fil-formola tal-applikazzjoni (diplomi, ċertifikati u dokumenti ġustifikattivi oħra).

ii. Għarfien lingwistiku

Il-kandidati għandu jkollhom għarfien fil-fond (minimu ta' livell C1 ) ta' lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1): il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż,

u

għarfien tajjeb ħafna(minimu ta' livell B2 (1)) tal-Franċiż jew tal-Ingliż (lingwa 2).

Il-lingwa 2 trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-kandidati huma informati li l-lingwi 2 (il-Franċiż u l-Ingliż) magħżulin għall-finijiet tal-ħolqien ta' din il-bażi tad-data ġew stabbiliti fl-interess tas-servizz tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika. Il-persuni jridu jkunu kapaċi jifhmu l-kompiti li jkollhom jiżvolġu, jipproċessaw il-fajls u jikkomunikaw b'mod effikaċi mal-interlokuturi esterni, mal-ġerarkija u mal-kollegi.
Il-Franċiż huwa l-lingwa li tintuża l-aktar fid-Direttorat Ġenerali u bejn l-unitajiet tiegħu. Il-Franċiż huwa wkoll il-lingwa li normalment tintuża għall-komunikazzjoni mal-interlokuturi esterni. L-Ingliż jintuża aktar ta' spiss fl-iskambji mad-direttorati l-oħra tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika, mad-direttorati ġenerali l-oħra u mal-awtoritajiet politiċi u amministrattivi tal-istituzzjoni, partikolarment fit-tfassil tad-dokumenti.
Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet u r-regoli applikabbli huma miktubin bil-Franċiż u bl-Ingliż u jridu jkunu disponibbli u kkomunikati lill-pubbliku b'dawn iż-żewġ lingwi.
B'konsegwenza ta' dan, bil-għan li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom u jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-servizzi, il-persuni rreklutati jridu jkunu kapaċi, f'limitu ta' żmien raġonevoli, jaħdmu u jikkomunikaw b'mod effikaċi b'tal-anqas waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.
Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament indaqs, kull kandidat, anke jekk ikollu waħda minn dawn iż-żewġ lingwi bħala l-ewwel lingwa uffiċjali, huwa mistenni li jkollu biżżejjed għarfien ta' lingwa oħra, li trid tkun l-oħra minn fost dawn iż-żewġ lingwi.

Il-bażi tad-data

Jekk
– tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' eleġibilità,
– imlejt il-formola tal-applikazzjoni permezz tal-pjattaforma APPLY4EP u niżżilt tajjeb il-kodiċi (ara "Tressiq tal-applikazzjonijiet" hawn taħt) skont il-modalitajiet u l-iskadenza stabbiliti,

ismek jiġi inkluż fil-bażi tad-data.

Ir-reġistrazzjoni tibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti li tkun inkludejt. Din l-informazzjoni u d-dokumenti jiġu vverifikati wara li jsir ir-reklutaġġ eventwali.

Tressiq tal-applikazzjonijiet

Il-persuni interessati jridu jimlew il-formola tal-applikazzjoni tagħhom permezz tal-pjattaforma online APPLY4EP. Il-kandidaturi jistgħu jiġu ppreżentati biss permezz ta' din il-pjattaforma.

Wara li toħloq l-account tiegħek, trid ittella' l-curriculum vitæ dettaljat.

Trid tuża l-format Europass li tista' ssib fil-link hawn taħt:

https://europa.eu/europass/mt

Imbagħad, trid timla l-formola tal-applikazzjoni.
Fit-taqsimiet:

Esperjenza professjonali u/jew Diplomi: Għandek tindika l-kodiċijiet speċjali mniżżlin fil-gwida mehmuża, segwiti minn deskrizzjoni dettaljata tal-funzjonijiet imwettqa/tad-diploma. Tista' tindika anke aktar minn kodiċi wieħed.

Eżempji (ara wkoll l-eżempji fil-gwida mehmuża):
TArch – Arkitett prinċipali responsabbli minn…
TElec – Lawrja fl-inġinerija, speċjalizzazzjoni fl-elettriku
TElec + THvac – Tekniku responsabbli minn….

Din l-informazzjoni trid tkun sostnuta b'dokumenti ġustifikattivi.

Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija: il-15 ta' Settembru 2020. L-ebda applikazzjoni li tasal wara tali data mhi se tiġi aċċettata.

Ir-reġistrazzjoni fil-bażi tad-data ma tikkostitwix garanzija ta' reklutaġġ. Jekk tiġi ppreżentata possibilità ta' kuntratt, is-servizzi ta' reklutaġġ jikkonsultaw il-bażi tad-data u jikkonvokaw lill-kandidati li l-profil tagħhom jikkorrispondi l-aħjar għall-eżiġenzi tal-impjieg inkwistjoni. Jekk jiġi stabbilit li l-informazzjoni mogħtija tkun ħażina, il-kandidatura tal-persuna tiġi eskluża u isimha jitneħħa mill-bażi tad-data.

Il-Parlament Ewropew japplika skrupolożament politika ta' opportunitajiet indaqs fil-proċeduri ta' selezzjoni tiegħu sabiex jiggarantixxi t-trattament indaqs tal-kandidati kollha.

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-istituzzjonijiet Ewropej huma definiti mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS). Biex tikkonsulta r-reġim tax-xogħol kollu, jekk jogħġbok ikklikkja fuq l-indirizz li ġej:

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:01962R0031-20140501&from=DE (titolu IV, paġna 210 "Persunal bil-Kuntratt")

Ir-remunerazzjoni bażika ta' kull xahar fl-1 ta' Lulju 2019 hija stabbilita bejn EUR 2,758.47 u EUR 4,520.54 (grupp ta' funzjonijiet III), skont l-edukazzjoni u l-esperjenza professjonali speċifika tal-kandidat.

(1) Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKERL) - https://europa.eu/europass/mt/common-european-framework-reference